Ħadd ma weġġa’ wara li ftit tal-minuti ilu żviluppaw xi nirien fis-sauna tal-lukanda Corinthia f’Ħ’Attard.
One News jinsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew b’ħidma sabiex jevakwaw lin-nies.
Ara:
Aktar qabel kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma li fuq il-post marru numru ta’ vetturi u uffiċjali minn żewġ stazzjonijiet tat-tifi tan-nar.
In-nirien jidher li żviluppaw għall-ħabta tal-11:15.
Fuq il-post marru wkoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.