Diversi persuni qed jiġu evakwati minn djarhom minħabba ż-żieda fil-livelli tax-Xmara Severn f’partijiet ta’ Worcestershire fl-Ingilterra.
Ix-xmara bdiet tfur mill-ilqugħ temporanju li sar tard it-Tlieta filgħaxija. L-Aġenzija għall-Ambjent Ingliża qalet li l-livell tax-xmara huwa mistenni li jilħaq bejn il-5.4 u 5.6 metri u li potenzjalment jaqeż l-ogħla livell irreġistrat f’Novemru tal-2000 li kien ta’ 5.56 metri.
Kmieni l-Erbgħa filgħodu inħarġu żewġ twissijiet ta’ periklu fl-irħula ta’ Shrewsbury u Ironbridge. L-aġenzija tal-ambjent qalet illi l-livelli tax-xmara f’Ironbridge huma mistennija jibqgħu għoljin għal diversi jiem.