Aġġornata
Bank of Valletta fi stqarrija informa lill-klijenti tiegħu li l-fergħa li tinstab fl-indirizz 5, Triq it-Tiġrija, Marsa kienet temporanjament magħluqa għan-negozju għal ftit ħin dalgħodu. Din il-miżura kienet neċessarja minħabba li żviluppat ħsara żgħira fis-sistema tal-arja kondizzjonata wara li kien hemm power surge. Il-proċeduri kollha ta’ Health and Safety kienu segwiti.
Il-klijenti u l-impjegati kollha ġew evakwati mill-bini b’mod immedjat. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u ebda ħsara ma kienet rappurtata.
Il-fergħa issa qed topera b’mod normali.
Aktar Kmieni
Klijenti li kienu fl-istabilment tal-BOV fil-Marsa kienu evakwati minħabba riha ta’ gas qawwija.
Ħadd ma weġġa iżda r-riha ta’ gas kienet qawwija ħafna, tant li kienet tinxtamm minn barra.