Madwar 20 resident fosthom tarbija ġew evakwati fil-Qawra wara li kien hemm suspett ta’ splużjoni ta’ gass fi stabbiliment kummerċjali.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post u kkontrollaw in-nirien kif ukoll ħarġu ċ-ċilindri barra mill-istabbiliment.
Tmien ħaddiema tat-tifi tan-nar u 3 fire engines taw sehemhom f’din l-operazzjoni mill-Istazzjon tat-Tifi tan-Nar tax-Xemxija u Corraadino.