Ħaddiema tas-salvataġġ mis-sezzjoni marittima tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew ħames persuni li flimkien ma’ tnax-il persuna oħra kienu fuq katamaran ftit ‘l barra mill-kosta Maltija.
Il-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post permezz tar-Rhib Delta 2 fejn niżżlu l-ħames perusni li kellhom bżonn kura medika. Huma ddaħħlu l-art fejn sabu jistennewhom żewġ ambulanzi b’tim mediku mill-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI