Ferrovija internazzjonali li kienet qiegħda ġġorr 85 persuna fl-Olanda ġiet evakwata wara li tim tal-emerġenza rrisponda għal dik li qed titqies bħala ‘sitwazzjoni suspettuża’.
Pulizija Olandiża stqarret li fuq din l-investigazzjoni kellhom jittieħdu numru ta’ klieb sabiex ikunu jistgħu jfittxu għal oġġetti suspettużi iżda il-pulizija qed tirrifjuta li tagħti iktar informazzjoni.
The Royal Netherlands Marechaussee li jagħmlu monitoraġġ fuq sigurtá nazzjonali, ġew imsejħa sabiex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom.
Il-pulizija Olandiża rrifjutat li tagħti kumment fuq rapporti li din is-sitwazzjoni rriżultat minn theddida ta’ ittra bomba.