Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa qed jitfu nirien li ħakmu l-komun ta’ blokka appartamenti fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema.
Fuq il-post marru numru ta’ pumpiera li bdew jitfu n-nirien u evakwaw nies minn appartamenti fis-sulari ta’ fuq permezz ta’ turntable ladder.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku sabiex tassisti lir-residenti li setgħu belgħu xi dħaħen.
Fuq il-post gew imsejħa wkoll inġiniera tal-Enemalta sabiex jaqtgħu d-dawl taż-żona.
37CB4CF8-A875-4E02-B6D3-621908225C4E
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Ritratti: Shaun Cucciardi
li