Membri Parlamentari Torok ġew evakwati mill-Parlament f’Ankara wara aħbar ta’ attakk imminenti beda jiċċirkola fil-midja Torka.
Il-Bini tal-parlament jinsab magħluq għal kollox bil-forzi tas-sigurta jinvestigaw l-inħawi tal-madwar.
Il-Pajjiż kien protagonist tal-aħbarijiet madwar id-dinja fl-aħħar jiem wara attentat ta’ Kolp ta’ Stat il-Ġimgħa filgħaxija. Riżultat ta’ dan mas-sitt mitt membru tal-militar Tork qed jinżammu fil-kustodja tal-pulizija.
Il-President Erdogan qal li issa se jimmira biex ibiddel l-opinjoni ta’dawk kollha li huma kontrih, u li s-sibt filgħaxija pruvaw jieħdu poter tal-Istat.
Il-Prim Ministru Tork Binali Yildrim qal li 208 persuna tiflu ħajjithom waqt l-attentat kolp ta’ stat, inkluż 60 uffiċċjal tal-pulizija, 3 suldati u 145 ċittadin, li 24 minnhom ipparteċipaw fl-istess attentat kolp. Dan filwaqt li 1,491 persuna indarbu.