Illejla tħabbar li Malta se tkanta fit-tieni post fl-ewwel semi finali tal-Eurovision Song Contest.
Din is-semi finali se ssir f’Liverpool fir-Renju Unit, fid-9 ta’ Mejju li ġej.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Malta se tkun rappreżentata mill-grupp The Busker bil-kanzunetta Dance (Our Own Party).
Malta se tkun fost il-ħmistax-il pajjiż li se jieħdu sehem f’dan is-semi finali, b’għaxar pajjiżi se jgħaddu għall-finali li se jsir fit-13 ta’ Mejju li ġej.