Il-kanzunetta Dance (Our Own Party) ħalliet impatt notevoli fuq diversi li lbieraħ segwew il-Eurovision Song Contest. Dan grazzi għal prestazzjoni mill-aqwa li taw il-grupp The Busker f’Liverpool.
Iżda fost ir-reazzjonijiet hemm dak ta’ sit tal-aħbarijiet Taljan, li qed jirrapporta li l-bidu tal-kanzunatta Maltija tixbaħ lis-sigla li tiftaħ il-programm Uomini e Donne tal-preżentatriċi Maria De Filippi. Infatti s-sit novella2000.it jikkwota reazzjonijiet fuq Twitter għall-kanzunetta Maltija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sintendi s-sens ta’ kompetizzjoni f’dan il-festival tinħass sew, inkluż il-battibekki bejn pajjiżi u kummenti bħal dawn, li ta’ min jeħodhom ta’ li huma.