Waqt rutina ta’ eżaminazzjoni f’PalaOlimpico, il-post fejn qed jittella’ l-Eurovision Song Contest f’Turin, membru tad-delegazzjoni Portugiża nstab pożittiv għall-Covid19. Il-membru tad-delegazzjoni jinsab tajjeb u bla sintomi.

Skont il-protokoll tal-Eurovision rigward is-saħħa u s-sigurta, l-memebru fid-delegazzjoni Portugiża rritorna lura fil-lukanda u ser jibda iżolament għal 7 t’ijiem. Skont dawn l-istess protakolli, l-kumplament tad-delegazzjoni m’għandhomx għalfejn joqgħodu f’iżolament jew kwarantina iżda skont il-liġi Taljana, dawn iridu jilbsu maskri l-ħin kollu kemm ġewwa u barra.
Il-Portugall, ser ikomplu bil-provi, kif skedat