It-Taljani, li huma l-ospitanti tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, jieħdu sehem mal-ewwel fil-finali. Għaldaqstant bdew bl-ewwel prova tagħhom fuq il-palk, iżda flok rajna ż-żewġ kantanti, Mahmood u Blanco, rajna lil Mahmood biss.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/06163839/MAHMOOD_1-1024x682.jpeg)
F’Pala Olimpico, l-provi tal-kanzunetta ‘Brividi‘ xorta waħda saru. Blanco jidher li ser jasal Turin, fil-jiem li ġejjin għaliex minħabba impenji oħra li għandu ma lahaqx ikun fuq il-palk tal-Eurovision għall-ewwel prova. Ġimgħa qabel il-finali, skont id-djar tal-imħatri, l-Italja flimkien ma’ Svezja u l-Ukrajna huma l-aktar 3 pajjiżi favoriti li jistgħu jirbħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision Song Contest.