Waqt li llum f’Turin, Emma Muscat f’isem Malta telgħet fuq il-palk għat-tieni prova tagħha, d-djar tal-imħatri għall-ewwel darba poġġew lil Malta, fost l-ewwel għaxra mis-serata tas-semi finali tal-Ħamis. Dan ifisser li skont dawn id-djar tal-imħatri, Malta qabżet lil Ażerbajġan u qed ipoġġuha fl-10 post. Dan ifisser li bi żbrixx, Malta tista’ tikkwalifika għall-finali tas-Sibt 14 ta’ Mejju. Skont id-djar tal-imħatri l-Isvezja tista’ tirbaħ is-semi finali li fiha ser tikkompeti Malta.
Intant, għat-tieni prova tagħha, Emma dehret liebsa l-istess libsa li biha rajniha fl-ewwel prova. Ħafna ġurnalisti u ammiraturi tal-Eurovision qed ifaħħru l-prestazzjoni u l-personalita’ tal-kantanta Maltija.