Emma Muscat li f’isem Malta qed tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘I am what I am‘ tibda l-interpretazzjoni tagħha ddoqq il-pjanu. Din mhux l-ewwel darba li rajna lil Emma Muscat tkanta u ddoqq il-pjanu. Li qatt ma rajna huwa lil Emma bilwieqfa fuq il-pjanu. Infatti, waqt il-prestazzjoni tagħha quddiem il-ġurija waqt it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest, rajna lil Emma titla’ bilwieqfa fuq il-pjanu. Wara ftit, il-kantanta terġa’ tinżel u narawha timxi għal palk ieħor quddiem il-palk propju, fejn hemmhekk tingħaqad ma’ erba’ żeffiena.
Skont kummenti ġenerali li qed jinxterdu f’Pala Olimpico f’Turin kif ukoll fuq il-meżżi soċjali, jidher li Emma għamlet prestazzjoni eċċellenti fis-serata tal-ġurija. Il-ġurija għandha saħħa ta’ 50% tal-votazzjoni.
Hija u sejra lejn l-arena, l-kantanta qalet li jiġri x’jiġri ser tkun qed tagħmel ħilitha kollha biex tagħmel lil Malta kburija. Emma Muscat f’isem Malta tkanta fis-6 pożizzjoni, minn 18, waqt it-tieni serata tas-semi finali