Għalkemm il-preparazzjonijiet u l-provi f’Pala Olimpico f’Turin ilhom għaddejin, il-Ħadd 8 ta’ Mejju bdiet uffiċjalment il-ġimgħa tal-Eurovision Song Contest 2022. Skont it-tradizzjoni, s-Sindku tal-Belt ospitanta jtella’ ċerimonja għall-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision. Din is-sena din iċ-ċerimonja saret f’Venaria Palace u flok tapit aħmar, it-Taljan għamlu tapit turquoise.
Il-kantanta Maltija Emma Muscat, fetħet din iċ-ċerimonja hekk kif Malta kienet l-ewwel pajjiż minn 40 parteċipant li mxiet fuq it-tapit it-turquoise. Waqt din iċ-ċerimonja, Emma enfasiżat u spjegat kemm hu importanti għaliha li n-nies jifhmu l-messaġġ wara l-kanzunetta tagħha ‘I am what I am‘
Ara x’libset Emma fil-ftuħ uffiċjali:
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/08185656/EMMA_MUSCAT_1-1024x682.jpg)
Segwi hawn iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision Song Contest f’Turin: