Fl-2021, Malta kienet l-uniku pajjiż fl-Ewropa b’servizzi tal-internet b’saħħithom u veloċi li jilħqu lid-djar kollha madwar il-pajjiż.
Ikkonfermaw dan ċifri mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat hekk kif ġie kkonfermat li Malta kisbet punteġġ ta’ 100%.
Dan fl-istess waqt li l-medja Ewropea hija ta’ ftit aktar minnn 70%.
Isegwu lil Malta hemm il-Lussemburgu b’96%, id-Danimarka b’95% u Spanja b’94%.
Minn naħa l-oħra servizzi tal-internet b’saħħithom u veloċi li jolqtu l-inqas djar f’pajjiżi Ewropej, jinsabu fil-Greċja b’20%, Ċipru b’41% u l-Italja b’44%
F’postijiet li fihom joqgħodu inqas minn 100 persuna għal kull kilometru kwadru u li fihom hemm internet b’saħħtu u veloċi, Malta ukoll tikklassifika l-ewwel fl-Ewropa.
Fil-fatt, Malta ukoll hawn tikseb punteġġ ta’ 100%. Il-medja Ewropea hija biss ta’ ftit aktar minn 37%.
Wara Malta, jikklassifikaw il-Lussemburgu, id-Danimarka u l-Olanda b’79%.
Fost il-pajjiżi Ewropej, bl-aktar internet b’saħħtu li jolqot l-inqas żoni li fihom jgħixu inqas minn mitt persuna għal kull kilometru kwadru hemm mill-ġdid il-Greċja b’0%, ir-Repubblika Ċeka b’7% u l-Finlandja bi 12%.