Għal xahar ieħor, f’Lulju li għadda, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona Ewro.
Dan ġie kkonfermat minn ċifri tal-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li r-rata ta’ pajjiżna kienet ta’ tlieta fil-mija.
B’din ir-rata hi ferm inqas mir-rata medja ta’ qgħad fiż-Żona Ewro, li hi ta’ sitta punt erbgħa fil-mija. Bid-differenza hawnhekk hi aktar mid-doppju, hekk kif hi ta’ tlieta punt erbgħa fil-mija.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li wara Malta bl-inqas rata ta’ qgħad, f’Lulju, kien hemm is-Slovenja, il-Ġermanja u anki l-Olanda.
Dan filwaqt li l-aktar pajjiż li għandu l-akbar rata ta’ qgħad huwa Spanja, b’rata ta’ ħdax punt ħamsa fil-mija.
Wara hemm il-Greċja, b’rata ta’ kważi għaxra fil-mija u l-Iżvezja u l-Finlandja b’rati ta’ tmienja punt sitta fil-mija u tmienja punt ħamsa fil-mija, rispettivament.
Ir-rata baxxa ta’ qgħad f’Malta fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro tkompli ma’ dawk irreġistrati fl-aħħar xhur. B’Malta, f’dan ix-xahar imsemmi, irreġistrat fost l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja.
Din l-inqas rata ta’ qgħad ġiet irreġistrata fi żmien ta’ sfidi internazzjonali bil-gwerrer fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani.