Għal xahar ieħor, f’Diċembru li għadda, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi fiż-Żona Ewro.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xahar li għadda, Malta rreġistrat rata ta’ tlieta fil-mija, flimkien mal-Polonja.
Ir-rata ta’ Malta hi ferm inqas mir-rata tal-medja fil-pajjiżi fiż-Żona Ewro, b’rata’ ta’ 6.3%.
Dan ifisser li r-rata tal-medja hi aktar mid-doppju mir-rata ta’ pajjiżna.