Ċifri tal-uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea juru li matul ix-xahar li għadda, Malta kellha t-tielet lanqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.
Il-Eurostat qal l-anqas rati ta’ qgħad fl-Ewropa matul ix-xahar li għadda kienu rreġistrati fir-Repubblika Ċeka bi 2.7%, fil-Ġermanja bi 3.6 fil-mija u f’Malta b’4.1%. L-ogħla rati kienu rreġistrati fil-Greċja b’21 fil-mija u fi Spanja b’16.7 fil-mija.
Il-Eurostat qal li r-rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro kienet ta’ 8.9 fil-mija.
Bi 11.9 fil-mija, Malta kienet ukoll fost dawk il-pajjiżi bl-anqas rata ta’ qgħad fost żgħażagħ taħt il-25 sena.