Il-livell ta’ sodisfazzjon fil-ħajja fost il-poplu Malti u Għawdxi ra titjib fl-aħħar snin, skont ċifri ppubblikati mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Jirriżulta li dik li fl-2013 kienet mal-inqas rati ta’ sodisfazzjon fil-ħajja mill-pajjiżi Ewropej, issa l-Maltin qed jirreġistraw kuntentizza f’ħajjithom li hi ’l fuq mill-medja u saħansitra jagħmluha man-naħa ta’ fuq tal-aktar sodisfatti bil-ħajja f’pajjiżhom.
Mil-livell massimu ta’ għaxra, il-Maltin u l-Għawdxin irreġistraw marka ta’ 7.4, bl-aktar poplu sodisfatt mill-istati membri kollha, il-Finlandiżi, jirreġistraw 7.8 fuq l-iskala.
Dan ipoġġi lill-Maltin fit-12-il post minn 27 stat.
L-inqas sodisfatti kienu l-Bulgari b’marka ta’ 5.9, segwiti mill-Griegi u l-Latvja, it-tnejn b’6.9.