Il-ħaddiema li jagħmlu parti mill-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti wasslu messaġġ ċar favur EuroPride, li se ssir f’pajjiżna din is-sena.
Waqt il-pride parade li qed issir fi New York City, fl-Istati Uniti, ħareġ ċar li EuroPride Valletta 2023 se tkun esperjenza indimetikabbli, li se sseħħ mis-7 sas-17 ta’ Settembru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ONE News jinsab informat li l-preżenza Maltija fi New York City qed tingħata prominenza u attenzjoni mill-mezzi tax-xandir Amerikani. Dawn ir-ritratti juru ftit mill-briju hekk kif qed tkun iċċelebrata l-ugwaljanza.


Aqra Aktar: