It-tim nazzjonali Malti illejla jilgħab l-aħħar partita tiegħu minn Grupp C ta’ kwalfikazzjoni tal-Kampanjonati Ewropej li ser isiru l-Ġermanja matul is-Sajf li ġej meta f’Wembley Stadium fil-20.45 l-Ingilterra tospita lit-tim nazzjonali Malti.
Malta u l-Ingilterra iltaqgħu kontra xulxin xejn anqas minn seba darbiet fejn it-tim Ingliż dejjem ħareġ fuq in-naħa rebbieħa.
L-ewwel konfront bejn Malta u l-Ingilterra jmur lura għal 1971 fejn fl-Empire Stadium tal-Gzira f’partita ta’ kwalifikazzjoni għal Kampjonati Ewropej Malta tilfet 1 – 0 bl-uniku goal tal-partita dakinhar skorjaħ Martin Peters fl-34 minuta.
Fit-12 ta‘ Mejju ta‘ l-stess sena, Malta lagħbet l-partita tar-ritorn f’Wembley Stadium u dakinhar l-Inġliżi kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta‘ 5 – 0 b’goals skorjati minn Martin Chivers darbtejn, Lee Francis, Allan Clarke u Chris Lawler.
Wara assenza ta‘ kważi 30 sena, preċiżament fit-3 ta‘ Ġunju tas-sena 2000, ż-żewġ pajjiżi reġgħu iltaqgħu kontra xulxin din id-darba f’partita ta‘ ħbiberija li intlagħbet fl-Stadium Nazzjonali f’Ta‘ Qali fejn quddiem attendenza ta‘ iżjed minn għaxar t’elef persuna, l-Ingilterra ta‘ Kevin Keegan rebħet 2 – 1. Martin Keown u Emile Heskey li skorjaw għal Ingilterra bil-goal ta‘ Malta jasal minn auto goal ta‘ Richard Wright.
L-Ingilterra u Malta reġgħu affacjaw lill-xulxin fl-2016 u fl-2017 fil-logħob ta‘ kwalfikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. F’Ottubru tal-2016 f‘Wembley Stadium Malta kienet ħarġet telliefa bl-skor ta‘ 2-0 b’goals ta‘ Daniel Sturridge u Delle Alli. Fil-partita tar-ritorn f‘pajjizna f‘Settembru 2017 taħt t-tmexxija tal-kowċ Pietro Ghedin Malta kienet ġarbet telfa ta‘ 4 – 0 bil-goals kollha skorjati fit-tieni taqsima minn Harry Kane darbtejn, Ryan Bertrand u Danny Welbeck.
L-aħħar konfront bejn Malta u l-Ingilterra kien dak tas-16 ta‘ Ġunju li għadda meta f‘ partita valida mill-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej li ser ssiru fil-Ġermanja s-sena dieħla, fl-Istadium Nazzjonali ta‘ Ta Qali taħt t-tmexxija tal-kowċ Michele Marcolini Malta ħarġet telliefa bl-iskor ta‘ 4-0. Kien auto goal sfortunat ta‘ Ferdinanho Apap wara 8 minuti li pogga lill-Inglizi fil-vantagg. Fit-28 minuta kien Trent Alexander Arnold li kabbar l-iskor għall- 2-0 u tlett minuti wara minn penalty Harry Kane ghamilhom tlieta. 7 minuta mit-tmien kien Callum Wilson li minn penalty ieħor għamel l-iskor 4-0.
Kif sostna waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret matul il-ġurnata tal-Ħamis il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini, il-konfront tal-lejla se jkun wieħed diffiċli ħafna għaliex l-Ingilterra mhux biss huma l-leaders tal-grupp iżda wieħed mill-aqwa nazzjonijiet fil-mument.
Għal din il-partita wieħed jistenna formazzjoni tattika li biha t-tim Malti jagħlaq l-spezzji neċessarji sabiex l-Inglizi ta‘ Gareth Southgate ma‘ jsibux il-lasta b’mod faċli.
Minkejja li l-Ingilterra hija kwalfikata, t-tim nazzjonali Ingliż bla dubju sa jkun qed joħroġ għal dan il-konfront biex jikseb it-tlett punti u jikkonferma l-ewwel post tal-klassifika ta‘ Grupp C.
Ritratt: Domenic Aquilina