Minn tal-inqas sitta u tletin persuna ġew arrestati f’Lille wara ġurnata ta’ ġlied kontinwu bejn il-pulizija Franċiża u l-partitarji tal-football li qed jattendu għall-Euro elfejn u sittax.
Il-pulizija Franċiża qalet li l-arresti saru matul il-jum tal-Erbgħa u li sittax-il persuna ddaħlu l-isptar għal kura.
L-Erbgħa filgħaxija, pulizija ta’ kontra l-irvelli affrontaw mijiet ta’ partitarji Ingliżi hekk kif ġew sparati flares u baraxxijiet.
Iktar kmieni, numru żgħir ta’ partitarji Ingliżi u Russi kienu arrestati wara li kien hemm xi ġlied.