Etienne Bartolo magħruf bħala l-‘Vojt’ ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati bil-qtil ta’ Roderick Grech.
Huwa nstab ħati waqt ġuri b’seba’ membri tal-ġurija favur u tnejn kontra.
Huma sabuh ħati bil-qtil ta’ Roderick Grech magħruf bħala ‘ċ-China’ f’Birkirkara f’Marzu tal-2017 iżda ddikjaraw li hu aġixxa b’difiża personali eċċessiva.
Il-ġurati sabuh ħati wkoll li kiser il-paċi pubbliku u li kien fil-pussess ta’ sikkina.
Bartolo ta daqqa lil Grech wara diżgwid dwar bejgħ ta’ drogi. Bartolo qal lill-investigaturi li kien qabad mus wara li Grech tah daqqa ta’ ponn. Dan kollu inqala’ wara li grech irifjuta li jagħti lil Bartolo d-droga għaliex Bartolo ma kellux flus.