“Trump jew Gwerra. Illum. Daqshekk sempliċi.”
“Jekk ma tafx tispara, trid titgħallem. ISSA.”
“Se nagħtu s-salt fil-bini tal-Gvern, se noqtlu lill-pulizija, noqtlu lill-gwardji tas-sigurtà, noqtlu lill-impjegati u aġenti federali u se nitolbu għall-għadd tal-voti mill-ġdid.”
Dawn huma l-messaġġi miktuba minn persuni lemini estremi, li qed jitellgħu online wara l-attakk li sar nhar il-Erbgħa fil-binja magħrufa bħala l-Capitol Hill minn għadd ta’ persuni li jagħtu s-sapport tagħhom lil Trump u li huma wkoll mhux qed iniżżlu l-eżitu elettorali.
Esperti qalu illi sejħiet għall-vjolenza qed ikomplu jintensifikaw hekk kif qed joqrob il-jum li fih Joe Biden jiġi inawgurat bħala s-46 President tal-Istati Uniti nhar l-20 ta’ Jannar. L-istess esperti qalu illi qed jistennew li l-vjolenza tkompli tiħrax qabel ma tikkalma s-sitwazzjoni.