Serb ta’ 21 sena residenti l-Ħamrun, wieġeb ħati u ngħata multa ta’ €500, piena ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, u deportazzjoni mill-aktar fis minn Malta, wara li tressaq il-Qorti akkużat li lbieraħ kiser imnieħer Gabriele Candido waqt argument li twal u kiber.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat kien jaħdem bla permess bħala bouncer f’Paceville.
B’reazzjoni għal dan u sabiex jinqatgħu l-abbużi, il-Maġistrat Frendo Dimech ordnat li l-istabbiliment fejn kien jaħdem ikun investigat.