Il-Qorti Maltija ordnat l-estradizzjoni minn Malta lejn il-Greċja ta’ Ledjon Brakaj, Albaniż li bħalissa huwa mfittex fil-Greċja fuq qtil doppju.
Huwa jinsab akkużat li, fl-2015, fil-Greċja, qatel mara u n-neputi tagħha, jiġifieri qtil doppju. Apparti li nqatlu, huma ġew ittorturati u fl-istess dar insterqu €780,000.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xahar li għadda Ledjon ġie arrestat f’Marsaskala.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat li l-akkużat jinżamm taħt arrest sakemm jiġi estradit.