L-awtoritajiet Franċiżi keċċew lil mexxej tal-partitarji Russi Alexander Shprygin għat-tieni darba. Il-Ministru Franċiż tal-Intern qal li huwa tpoġġa fuq titjira minn Pariġi lejn Moska t-Tlieta filgħaxija.
Shprygin kien diġa ġie estradit is-Sibt, ġimgħa wara l-ġlied li kien hemm fil-logħba tal-Euro 2016 bejn l-Ingilterra u r-Russja. Madanakollu, huwa vjaġġa lejn Spanja bl-ajruplan u wasal Franza b’karozza, u kien arrestat waqt il-logħba Russja kontra Wales.
Qed ikun irrapurtat li l-unjin tal-partitarji li huwa jmexxi għandha l-appoġġ tal-Kremlin, filwaqt li Shprygin qal li erba Russi oħra li kienu mkeċċija s-Sibt ukoll irnexxilhom jerġaw jidħlu Franza.