It-taħdidiet kummerċjali għal wara Brexit bejn in-negozjaturi tar-Renju Unti u l-Unjoni Ewropea mistennija jibqgħu għaddejjin sa nhar il-Erbgħa li ġej. Dan ħabbru l-Gvern Ingliż.
Michel Barnier, bħalissa jinsab l-Ingliterra għad-diskussjonijiet ma’ Lord David Frost. Apparti li aktar diskussjonijiet dwar Brexit mistennija jkomplu l-Ħamis fi Brussell.
Ir-Renju Unit jinsab fil-perjodu tranżitorju u li għandu sal-aħħar ta’ din is-sena, u s’issa jidher li d-diskussjonijiet qed iħallu l-frott mixtieq. Madanakollu jekk ma jekk ma jintlaħaqx ftehim, ir-Renju Unit ikollu jinnegozja mal-UE permezz ta’ regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.