Mil-lum il-ħinijiet taż-żjarat lir-residenti fi djar tal-anzjani u f’San Vinċenz de Paul se jkunu qed jiżdiedu.
Il-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva ħabbar li l-ħinijiet se jinkludu siegħa filgħodu u erba’ sigħat waranofsinhar, skont il-ħinijiet stabbiliti f’kull dar.
Barra minn hekk, se jkun permess jkunu jistgħu jidħlu żewġ viżitaturi, li huma mlaqqma kompletament ħdejn kull resident.
Fi stqarrija l-Gvern qal li se jkunu qegħdin jinbidlu l-ħinijiet u l-proċeduri għall-viżitaturi li mhumiex imlaqqma, imma l-bqija tar-regolamenti li hemm se jibqgħu fis-seħħ.
Dan filwaqt li impjegati li huma mlaqqmin se jkunu jistgħu jaħdmu f’aktar minn dar waħda.