Hekk kif illejla se ssir edizzjoni oħra tal-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett ħabbar li s-servizzi tat-trasport bil-baħar se jkunu estiżi sas-1:00 ta’ filgħodu.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru Chris Bonett qal li dawn jinkludu s-servizzi tal-Fast Ferry lejn u mill-Imġarr, Għawdex, il-Harbour Ferries lejn u minn Bormla u Tas-Sliema, kif ukoll il-lift tal-Barrakka ta’ Fuq.
Il-Ministru Bonett ħeġġeġ lil min se jattendi biex jużaw dawn is-servizzi sabiex jivvjaġġja b’mod iktar konvenjenti.
AQRA AKTAR: