L-eżamijiet u l-lezzjonijiet tas-sewqan qed jitkomplew mill-ġdid, bil-ħinijiet ġew estiżi biex jagħmlu tajjeb għall-ammont ta’ testijiet u lezzjonijiet li issa żdiedu.
Dan l-istazzjon hu infurmat li madwar erba’ t’elef persuna qed jistennew biex jitilgħu għat-test biex jiksbu l-liċenzja minħabba li kien ġie kkanċellat l-eżami fi żmien il-pandemija.
Il-manager fid-dipartiment tas-Sewqan u t-tgħallim tas-sewqan Clint Mansueto tkellem ukoll dwar kif dan id-dipartiment issa qed jesperjenza żieda fix-xogħol.
“Id-dipartiment nieda pjan ta ‘ kontinġenza fejn ovjament qed jestendi il-ħinijiet tal-ittestjar, anki is-Sibt biex jassorbi l-volum ta’ testijiet li inqbadna bieh.”
Stqarr ukoll kif l-applikazzjonijiet tat-testijiet tat-teorija kienu qed jesperjenzaw madwar mitejn test kuljum fl-ewwel jiem li fetħu madanakollu kif għadda iktar żmien dan in-numru beda jitbaxxa lura għan-normal.
Is-Sur Mansueto stqarr li l-influss ta’ erba t’elef applikant għall-eżamijiet tas-sewqan mistennija li jinqdew fuq medda ta’ tliet xhur.
“Is-settur b’mod ta’ operat qed jaħdem bl-iktar b’mod fluwidu li kien qed jaħdem qabel ma waqafna bil-Covid f’Marzu li għadda ġifiri nikkonferma li kemm min naħa ta’ testijiet u min naħa ta’ eżamijiet yes il-proċess għaddej b’ritmu normali għall- aħħar.”
Dan iż-żmien ġab ukoll tama u kunfidenza fl-istudenti tas-sewqan, fosthom Huan Carlos Falzon li issa jinsab eċċitat biex jagħmel l-eżami tas-sewqan wara li seta jkompli l-lezzjonijiet wara waqfa kemmxejn twila.
“Eċċitat hu għax meta kont bdejt qisu kollox waqaf u ħassjetni li mort naqra lura imma issa qed inħossni nervuż imma preparat grazzi għall-instructor tiegħi li preparani sew u lest biex nieħu t-test.”