Negozji żgħar u medji li għandhom bżonn l-ispazju fejn jaħdmu se jkunu jistgħu jerġgħu jibbenefikaw mill-iskema tas-sussidju fuq il-kera.
Dan hekk kif negozji li jħaddmu inqas minn 250 ħaddiema, għal darb’oħra se jkunu qed jingħataw l-għajnuna permezz ta’ sussidju fuq il-kera filwaqt li l-għajnuna se tiġi rduppjata €25,000 għal €50,000.
In-negozji jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċju tas-sussidju fil-kera sa sitt snin, bl-aħħar tliet snin tas-sussidju jingħataw bħala kreditu tat-taxxa.
Tħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet proprju għand negozju li bbenefika minn din l-iskema, Ta’ Mananni.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, spjega kif wara li raw il-bżonnijiet tan-negozzji, anke fid-dawl tal-gwerra fl-Ukrajna u l-ħruġ mill-pandemija, din l-iskema mhux biss ġiet estiża iżda żdied il-benefiċċju.
Farrugia qal kif din l-iskema se tkun fost l-oħrajn qed tgħin lin-negozji jsaħħu u anke jkabbru l-operat tagħhom, isaħħu l-effiċjenza kif ukoll joperaw b’serħan il-moħħ f’każ jixtru bil-bulk biex jiġi żgurat prezz stabbli fis-suq.
Qalet kif skema bħal din toffri l-għajnuna meħtieġa lil dawn in-negozji biex b’hekk jibqgħu kompetittivi fis-settur tagħhom. Spjegat kif din l-iskema għenet sebgħa għoxrin negozju b’total ta’ sitt mitt elf ewro.
Intant Chris Cassar, is-sid tan-negozju Ta’ Mananni, wieħed min-negozji li bbenefikaw minn din l-iskema, qal kif skema bħal din kienet ta’ għajnuna ferm meta fetaħ in-negozju tiegħu proprju waqt il-pandemija.
Ritratt ewlieni: knightfrank.co.uk