Tħabbru numru ta’ miżuri fiskali biex jinċentivaw l-attività ekonomika.
Rifużjoni ta’ taxxa minn fuq dividendi
Mis-sena d-dieħla, dawk l-azzjonisti li jibdew jirċievu dividendi fuq profitti li jkunu saru wara l-1 ta’ Jannar 2017 minn kumpaniji li huma llistjati fil-Borża ta’ Malta, se jibdew jieħdu rifużjoni ta’ taxxa fuq dividendi li jiddikjaraw fil-formola tat-taxxa, skont ir-rata tat- taxxa applikabbli. Din il-miżura tapplika għal min għandu mhux iżjed minn 0.5 fil-mija tal-kapital nominali tal-ishma u d-drittijiet għall-profitti.
B’hekk, numru sostanzjali ta’ individwi, fosthom anzjani, li jinvestu fuq il-Borża ta’ Malta, se jibdew igawdu minn tnaqqis fit-taxxa.
Konċessjoni għat-trasferiment ta’ negozju
Fis-sena 2017 se tingħata konċessjoni ta’ 12-il xahar fit- tnaqqis tal-boll, minn 5 fil-mija għal 1.5 fil-mija, meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu. Dan għandu jgħin ħafna negozji tal-familja biex jibqgħu mexjin ’l quddiem.
First-time buyers
Il-miżura tal-first-time buyers se terġa’ tiġi estiża għal sena oħra. Koppji żgħażagħ u individwi li qed jixtru l- ewwel propjetà tagħhom, u li tkun għal skop ta’ residenza, se jibqgħu jiġu eżentati mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150,000 għas- sena d-dieħla wkoll.
Biex inkomplu jonqsu l-ispejjeż fuq xogħolijiet fuq propjetà fil- UCA jew fuq bini ieħor skedat band’oĦra fl-Ewwel u fit-Tieni Grad, l-Awtorità tal-Ippjanar se tniedi żewġ skemi ġodda li permezz tagħhom first time buyers jibbenefikaw sa massimu ta’ €100,000 fuq spejjeż li jkunu nefqu.1
Inċentivi għax-xiri ta’ propjetà f’Għawdex
Bħal sena waħda, se jkun imniedi inċentiv ġdid fejn xerrejja li jixtru residenza f’Għawdex ser jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rata tal-boll, minn 5 fil-mija għal 2 fil-mija. Dan jgħodd għal min jidħol f’konvenju matul l-2017 u jkun reġistrat mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni sal-31 ta’ Diċembru 2017, u jikkonkludi l-kuntratt sal-aħħar tal-2018.
Propjetà ġejja minn wirt li tinbiegħ bis-subbasta
Fil-preżent, propjetà ġejja minn wirt u li tinbiegħ fil-Qorti bis- subbasta, qed tkun intaxxata bir-rata fissa ta’ 7 fil-mija jekk din l- istess proprjetà tkun intirtet qabel Novembru 1992. Min-naħa l- oħra, proprjetà li tkun intirtet wara din id-data u li tinbiegħ bis- subbasta, qed tkun suġġetta għall-taxxa provviżorja fuq qliegħ kapitali ta’ 7 fil-mija. F’dawn il-każijiet, għalhekk, tkun trid timtela formola tas-self-assessment fejn ikun irid jiġi ddikjarat il-qliegħ kapitali, jekk ikun il-każ, u jiġu applikati r-rati normali tat-taxxa.
Inħass il-bżonn li, biex ikun hemm aktar ekwità bejn werrieta li jkunu involuti f’bejgħ bis-subbasta u anke biex ikun ssimplifikat il- proċess tal-ġbir tat-taxxa fuq dan it-tip ta’ trasferiment, kull proprjetà li tkun ġejja minn wirt u li tiġi trasferita permezz ta’ bejgħ bis-subbasta, ser tibda tkun intaxxata b’rata finali ta’ 7 fil-mija.
Xiri ta’ vetturi mingħand min jikkwalifika għal eżenzjoni mit- taxxa tar-reġistrazzjoni
Se jinbidel il-metodu ta’ kif tinħadem it-taxxa tar- reġistrazzjoni dovuta f’każijiet meta tinxtara vettura mingħand persuna li tkun ingħatat eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni għal raġuni ta’ diżabilità, u din il-persuna titrasferixxi l-vettura lil xi ħadd li ma jikkwalifikax għal din l-eżenzjoni. Permezz ta’ arranġamenti ġodda, l-ammont dovut, riżultat tal-eżenzjoni, ser jinfirex b’mod ekwu fuq medda ta’ 10 snin.
Reġistrazzjoni ta’ kuntratti ta’ kirjiet
Diġà daħlet l-għażla ta’ rata favorevoli (15%) fit-taxxa tad- dħul biex ninkuraġġixxu d-dikjarazzjoni ta’ dħul minn kirjiet fuq bini kemm domestiku, kif ukoll kummerċjali. Konna ċari mill-bidu nett dwar il-ħtieġa ta’ kontrolli biex nindirizzaw l-evażjoni minn dan is- sors ta’ dħul.
Għal dan il-għan, mis-sena d-dieħla, ser tidħol sistema fejn ftehim ta’ kuntratti ta’ kera għal tliet xhur jew aktar, inklużi dawk ta’ tiġdid ta’ kera, iridu jiġu reġistrati mad-Dipartimenti tat-Taxxi Interni. Kemm is-sid kif ukoll il-kerrej jistgħu jirreġistraw il-kuntratt iżda, fin-nuqqas ta’ dan, is-sid ikun suġġett għal penalitajiet ikkontemplati fil-liġi tat-taxxa tad-dħul.