Mis-sena d-dieħla n-negozji Maltin se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja ta’ €50,000 minflok €25,000 ewro kull sena għall-ewwel tliet snin tal-assistenza fuq il-kera.
S’issa bosta negozji Maltin u Għawdxin diġa bbenefikaw minn €700,000 ta’ assistenza diretta.
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, stqarr li “rridu ninkoraġġixxu u nserrħu moħħ kulħadd li f’Malta l-investiment jiġi ppremjat”.
Għaldaqstant, l-iskema se tiġi estiża għal sena oħra sabiex gruppi ta’ kumpaniji li kellhom allowances tal-kapital mhux assorbiti jew mhux użati għas-sena 2020 u 2021 minħabba telf imġarrab fil-pandemija jkunu jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju ta’ tnaqqis fit-taxxa kontra kwalunkwe dħul taxxabbli minn kumpaniji oħra li jifformaw parti mill-istess grupp għas-sena 2022 ukoll.