Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġeddet il-kollaborazzjoni tagħha ma’ SUEZ, attur globali fis-settur tat-teknoloġija tal-utilitajiet, għal 5 snin oħra biex timmaniġġja s-servizz lokali ta’ smart metering fuq livell nazzjonali. Il-ftehim, li jestendi l-kollaborazzjoni fit-tul bejn il-KSI u SUEZ sal-2029, jimplimenta s-soluzzjoni diġitali ON’connect™ li tinkorpora t-teknoloġija WIZE.
Il-gżejjer Maltin jesperjenzaw ‘il fuq minn żewġ miljun turist fis-sena, li, flimkien ma’ popolazzjoni li qed tiżdied u klima Mediterranja, jagħmluha essenzjali li jiġu adottati miżuri rigorużi għall-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma. Konxja minn dawn l-isfidi, sa mill-2009 il-KSI investiet fit-tnedija ta’ smart meters tal-ilma madwar in-nazzjon kollu. Il-Korporazzjoni hija kburija b’din is-sistema ta’ smart meters end-to-end, li notevolment tagħmel lil Malta l-ewwel pajjiż fid-dinja mgħammar bi smart grid fuq livell nazzjonali.
Sal-lum, aktar minn 310,000 smart meters ġew installati madwar Malta u Għawdex, li flimkien jofrru kopertura ta’ aktar minn 96%, kif ukoll dejta b’valur miżjud għoli, li tinġabar u tiġi pproċessata permezz tas-soluzzjoni ON’connect™ ipprovduta minn SUEZ, permezz tas- sussidjarja tagħha Digital Solutions.
B’ON’connect™ , il-pubbliku kollu għandhu aċċess għall-figuri rigward il-konsum tal-ilma, kif ukoll għal alerts li jistgħu jinħarġu, permezz ta’ Portal tal-Klijent iddedikat immexxi minn mill- KSI. Kważi 3,500 notifika jintbagħtu kull xahar biex javżaw lin-nies dwar konsum mhux normali tal-ilma. Dan is-servizz jippermetti lill-klijenti biex inaqqsu l-kont tagħhom u jiffrankaw l-ilma.
Barra minn hekk, permezz tal-ismart meters il-KSI tista tottimizza l-performance tan-netwerk tal-ilma, tirreaġixxi għal anomaliji u tnaqqas il-leakages. Id-dejta miġbura tgħin ukoll biex ittejjeb il-prestazzjoni operattiva, kummerċjali u ambjentali tal-KSI, billi tnaqqas b’mod sinifikanti n-Non-Revenue Water.
Il-Kap Eżekuttiv tal-KSI Karl Cilia qal li: “Din il-kollaborazzjoni mġedda ma’ SUEZ hija xhieda al-valur li l-ismart metering jġib lill-operazzjonijiet u lill-klijenti kollha tagħna. Rajna titjib sinifikanti fl-effiċjenza u l-għoti tas-servizz, li jippermettilna nimmaniġġjaw b’mod proattiv ir- riżorsi tal-ilma u nipprovdu servizz aħjar lill-klijenti tagħna, filwaqt li nindirizzaw il-kwistjoni kritika tal-konservazzjoni tal-ilma f’Malta.”
Patricia Villoslada, SVP SUEZ Digital Solutions qalet: “Aħna ferħanin u kburin li nwessgħu l- kollaborazzjoni fit-tul tagħna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li l-fiduċja mġedda tagħha tikkonferma l-kwalità u l-prestazzjoni tas-servizz tal-ismarts meters tagħna. Mill- proġett pilota inizjali tagħna fl-2009, is-soluzzjoni li noffru kkontribwiet b’mod konsistenti biex ittejjeb kemm l-effiċjenza tan-netwerk kif ukoll is-servizz li toffri l-klijent tagħna, u għenet biex alta ssir mudell ta’ smart management u preservazzjoni sostenibbli tal-ilma.”