Il-Ministeru għall-Intern ħabbar li ġiet estiża b’xahrejn il-ħidma tal-bord li twaqqaf f’Awwissu li għadda sabiex jevalwa l-proċeduri interni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Intern is-Sibt filgħodu. Intqal kif kien il-bord li talab għall-estensjoni.
F’din l-istqarrija ntqal kif il-Ministru Byron Camilleri laqa’ din it-talba u jħares ‘il quddiem biex tkompli għaddejja l-ħidma favur it-tisħiħ tal-proċessi korrettivi f’pajjiżna.
Dan il-bord li nħatar f’Awwissu li għadda qed jitmexxa miċ-Chairman il-Psikjatra Anton Grech, l-Akkademika Janice Formosa Pace u t-Tabib George Grech.