Ġie estiż il-lockdown f’diversi reġjuni tal-Ġappun hekk kif kien hemm żieda fil-każijiet attivi ta’ COVID-19 fl-aħħar jiem. Il-kapitali, Tokjo, mistennija tilqa’ l-Olimpjadi tliet xhur oħra.
Ir-restrizzjonijiet imposti bħalissa kellhom jiġu rilaxxati fil-11 ta’ Mejju, iżda llum ġie kkonfermat li dawn se jibqgħu implimentati sal-aħħar ta’ Mejju. Fl-istess ħin żewġ reġjuni oħra ngħaqdu mal-istat ta’ emerġenza. Din hija r-raba’ mewġa ta’ Coronavirus li qed jaffaċċja l-Ġappun.