Ftehim soċjali li ġie estiż mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal flimkien mal-Malta Gay Rights Movement, l-MGRM, se jara t-tisħiħ ta’ ħidma fil-komunità, filwaqt li persuni jiġu megħjuna biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Dan il-ftehim, li jammonta għal €270,000 fuq medda ta’ tliet snin, hu maħsub biex joffri diversi servizzi, f’kull fora, fosthom permezz ta’ counselling, social work u policies legali.
Minbarra hekk, dan l-iffirmar se jikkontribwixxi wkoll għall-proġett ta’ Dar Qawsalla, li hi maħsuba biex tgħin persuni mingħajr residenza jiksbu l-indipendenza sħiħa tagħhom.
Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ ikunu tkeċċew mid-dar jew ikollhom diffikultà jgħixu mal-ġenituri minħabba t-tranżizzjoni fiżika u emozzjonali tagħhom.
Dwar dan, mal-mikrofonu ta’ ONE News, tkellmet aktar fid-dettall, Colette Farrugia Bennett, li hi l-kordinatriċi tal-MGRM.
“Social work li jissapportja lil persuni LGBTIQ+ u l-familji tagħhom, każi wkoll fejn noffru terapija, skont il-bżonn. WHITEFLASH Gruppi, bħal grupp għaż-żgħażagħ li jiltaqa’ kull ġimagħtejn, ir-Rainbow Families Network, li jiltaqa’ darba fix-xahar, kif semmejt aktar kmieni.”
Tkellem magħna wkoll, Mohamed Ali Aguerbi, li spjega kif permezz ta’ dan il-ftehim, se jibbenefikaw ukoll refuġjati bħalu, li jgħaddu minn ħafna preġudizzji, speċjalment meta jkunu fiċ-ċentri miftuħa.
“It helps a lot of people like me, living in open centres, that are not safe for them, they ran away from a community that discriminates them, that criminalizes them… Our new project, Dar Qawsalla, will give a home and a community which they can share all this safety in Malta.”
Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-Gvern wera impenn ċar għal għaxar snin biex jagħti vuċi u ugwaljanza lill-persuni LGBTIQ+. Żied jgħid li l-minoritajiet huma parti integrali mis-soċjetà Maltija.
“Dan hu wieħed mill-ħafna ftehimiet li għandna ma’ NGOs. Dan hu t-tieni ftehim li għandna mal-MGRM. Hu sinjal li aħna veru nemmnu fl-inklużjoni, fejn kulħadd għandu jgħix bl-istess rispett u l-istess drittijiet, nemmnu fid-diversità li ssaħħaħ is-soċjetà u ma tnaqqas xejn.”
Preżenti għal dan l-iffirmar kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti.