Sa mit-twaqqif tagħha fl-1989, Hospice Malta pprovdiet kura paljattiva mingħajr ħlas lil dawk li qed isofru minn mard serju, filwaqt li toffri wkoll sapport lil qraba tagħhom. Hospice Malta temmen bis-sħiħ li kull persuna hija unika u apprezzata. Il-missjoni tagħha hi li toffri ghajnuna olistika mfassla biex tindirizza uġigħ fiżiku u sintomi ohra, kif ukoll bżonnijiet emozzjonali, soċjali, u spiritwali.
Hospice Malta qed testendi s-servizzi tagħha sabiex tipprovdi servizzi ta’ in-patient. Dan ser issaħħaħ il-missjoni tagħha u s-sapport li toffri lill-pazjenti u lill-familjari tagħhom. L-in-patient unit ser jilqa’ pazjenti bi problemi ta’ ugiegh u sintomi ohra, ohrajn ghal perjodu ta’ ‘respite’, kif ukoll pazjenti ohra li fl-ahhar mumenti ikun difficli li jinzammu d-dar. Hospice Malta ser tahseb ukoll biex issahhah id-Day Therapy Unit taghha kif ukoll ser jizdidu klinici ta’ outpatient. Dawn flimkien ma faċilità edukattiva ser jikkumplimentaw is-servizz komunitarju.
“Hospice Malta hija grata lejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta li poġġiet għad-dispożizzjoni tagħhom il-bini tal-Istitut Adelaide Cini f’Santa Venera li ser jiġi modifikat u ismu jiġi mibdul għal St. Michael’s Hospice”.
Hospice Malta issa ser tkun qed taffronta din l-isfida sabiex jibda x-xoghol ta’ rikostruzjoni fuq il-binja, talloka professjonisti u impjegati, u tittrasforma l-bini f’faċilità ta’ livell ogħli li tikkumplimenta l-kura professjonali fil-komunità li l-Hospice diga toffri. Permezz tas-sapport ġeneruż tal-pubbliku in generali, ta’ benefatturi u entitajiet ohra, huma jwiegħdu li jkomplu joffru lill-poplu Malti u Għawdxi aċċess bla ħlas għas servizzi ta’ natura paljattiva tal-ogħla kwalità.
“Neħtieġu l-għajnuna tagħkom sabiex is-St. Michael’s Hospice isir realtà. Nitlobkom tieħdu din l-opportunità sabiex tagħmlu differenza fil-hajja ta’ mijiet ta’ pazjenti u l-familji tagħhom billi tgħinu lil Hospice Malta. Bid-donazzjonijiet tagħkom tistgħu tgħinuna nkunu preżenti għall-pazjenti tagħna ul-familji taghhom matul dan iz-zmien difficli.”