Għadha kif ġiet inawgurata estensjoni fil-binja tal-Awtorità dwar il-Mediċini, li kemm ilha topera irduppjat in-numru ta’ ħaddiema. Illum l-Awtorità qed jimpjega mas-66 persuna.
Din l-estensjoni kienet bżonnjuża wkoll għax inhass il-bżonn li tkompli tikber din l-istorja ta’ suċċess, hekk kif din tkun qed timrah f’oqsma farmaċewtiċi ġodda.L-estensjoni giet imsemmija għal Michael Chetcuti, assessor li kien jaħdem fi ħdan l-Awtorità, iżda miet sitt xhur ilu.
L-inawgurazzjoni saret mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u iċ-Chairman tal-Awtorità, il-Professur Anthony Serracino Inglott. Preżenti kien hemm ukoll ħaddiema tal-Awtorità u qraba tat-tabib Chetcuti.