Il-Kummissarju tat-Taxxi javża li dawk l-individwi li huma mitluba jimlew il-Formola tat-Taxxa, li normalment tintbagħat sal-aħħar ta’ Ġunju, jistgħu jagħmlu dan sal-aħħar ta’ Awwissu.
Din tapplika kemm għal dawk l-individwi li jimlew il-formola tat-taxxa b’mod manwali kif ukoll għal dawk li jużaw is-servizz elettroniku.
Wieħed għandu jirċievi l-formola tat-taxxa bil-posta. Min jixtieq jibgħat il-formola tat-taxxa elettronikament għandu jidħol fuq is-sit elettroniku mytax.cfr.gov.mt.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numru 153.