F’aħbar li għadha kif ħarġet issa fuq il-midja barranija, it-tfittxija għas-sewwieq li wettaq l-attakk f’Barċellona issa ġiet estiża għal madwar l-Ewropa.
L-Awtoritajiet Spanjoli għadhom qed ifittxu s-suspettat ewlieni li wettaq l-attakk f’Barċellona fejn għalkemm qalu li huma kkonfermaw l-identità tas-suspettat, għadhom ma jridux jagħtu d-dettalji.
S’issa kollox jindika li s-suspettat hu Younes Abouyaaqoub li għandu tnejn u għoxrin sena mwieled fil-Marokk.
L-awtoritajiet qalu li ma jeskludux il-possibilta li s-suspettat ħarab mill-fruntiera lejn Franza.
Filmat ġdid tac-CCTV juri lis-sewwieq jaħrab mix-xena tal-attakk bil-pass.
Il-pulizija qed jinvestigaw ukoll il-possibilta li madwar disgħin minuta wara, s-suspettat ta daqqiet ta’ sikkina u qatel raġel Spanjol filwaqt li seraq il-karozza tiegħu.