Artiklu fuq il-gazzetta ‘The Malta Independent on Sunday’ espona d-dgħjufija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li ħa iktar minn mitt jum biex għamel reshuffle fix-shadow cabinet tiegħu, li l-Independent qalet li fil-fatt ma kienet reshuffle xejn, bi ftit bidliet li seħħew.
L-editur tal-Independent, Stephen Calleja, kiteb li Bernard Grech għadu ma ħax ir-riedni f’idejh tal-Partit Nazzjonalista.
Jissemma kif fi ftit żmien qasir, Bernard Grech irnexxielu jerġa’ jiddistabilizza l-partit u kollox juri li Grech mhuwiex b’saħħtu daqskemm jaħseb li hu.
“In a matter of days, Grech managed to destabilise the party again. After three months of apparent peace, the fractures of a party that is still frail were in the open again.”
“But it turned out that Grech is not as strong as he thinks he is.”
L-artiklu ssemmi kif Grech jagħmel dak li jgħidulu l-konsulenti tiegħu u mal-ewwel intopp jew oppożizzjoni lejn dak li jkun se jiddeċiedi, iċedi.
Dan juri nuqqas ta’ sens ta’ tmexxija u dgħjufija.
“What happened these past two weeks rekindled past differences, led to new discrepancies and, worse, further exposed the weakness of the leadership.”
L-Independent tgħid li Bernard Grech dam iżjed minn mitt jum biex jaħtar shadow cabinet u tirreferi għal dikjarazzjoni li kien għamel Grech stess li huwa dam dan iż-żmien kollu, apposta.
Il-gazzetta tgħid li normalment Kapijiet ġodda mal-ewwel jembarkaw bil-programm tagħhom u jiffurmaw it-tim tagħhom.
“Normally, new leaders immediately embark on their own programme and one of the first things they do is form their own team.”
Qalet li meta ma jbiddlux ħafna dan juri li l-Kap ta’ qabel ma kienx ħażin għalkollox u l-fatt li l-Kap li jmiss iħalli kważi kollox kif inhu juri nuqqas ta’ fiduċja fih innifsu.
“If they change nothing, it means that the previous leader was not that much in the wrong. And, by leaving things as they are, they are showing signs of lack of confidence.”
Tissemma kif minħabba li l-Kap Nazzjonalista dam biex jaħtar shadow cabinet, irrenjat l-inċertezza fil-grupp parlamentari Nazzjonalista.
“This led to three long months of uncertainty in the PN group.”
L-artiklu jżid jgħid li din l-Oppożizzjoni turi li mhi preparata xejn biex tmexxi l-pajjiż.
“Further compounded the appearance of an opposition that is ill-prepared to take over the reins of the country.”
L-artiklu jirreferi għal numru ta’ rapporti fejn qam rebus fil-grupp parlamentari wara li bdew jiġu komunikati l-bidliet oriġinali li kellu jagħmel Grech.
“Li hu l-aktar sinifikanti hu li kien hemm attentati li ċertu portafolli jmorru għand ħaddieħor u dawn il-bidliet sabu oppożizzjoni u għalhekk Grech ħa t-triq il-ħafifa, ċeda u ħalla kollox kif inhu”, saħqet il-gazzetta.
“But what is more significant is that some of his attempts to shift responsibilities from some MPs to others were rejected, with Grech finally choosing to take the easier road by giving in to the demands of his underlings and leaving things as they were.”
L-Independent qalet li Bernard Grech ċaħad dan iżda s-skiet tad-deputati tiegħu huwa sinifikanti.
“The PN leader has denied backtracking, but the silence of the MPs involved speaks volumes.”
L-Independent tirreferi għal numru ta’ sitwazzjonijiet fejn Bernard Grech iffaċċja oppożizzjoni qawwija mid-deputati tiegħu, fosthom meta Stephen Spiteri, deputat popolari fuq it-tieni distrett, kien se jitlef il-portafoll tas-Saħħa.
Issemma wkoll il-Viċi Kap Robert Arrigo, deputat ieħor li jġib numru ta’ voti konsiderevoli fuq id-disa’ u l-għaxar distrett, li kien se jitlef it-Turiżmu.
Id-deputat l-ieħor li kellu jkun Kelliem għat-Turiżmu rrifjuta li jieħu post Arrigo u hawnhekk Bernard Grech ċeda u żamm lil Arrigo.
Issemmiet ukoll Therese Comodini Cachia, li kienet fost dawk li ma kinitx kuntenta bil-bidliet oriġinali u kien hemm anki rapporti li anki sabbtet il-bieb f’wiċċ Bernard Grech fid-Dar Ċentrali.
Lil dik li kienet lesta li ssir Kap tal-Oppożizzjoni meta ġie sfiduċjat Adrian Delia, kellu jtiha portafoll wiesa’ u l-Independent tgħid li Bernard Grech probabbilment għamel hekk kontra x-xewqa tiegħu.
“In the end, Grech was constrained to give her an important portfolio, probably against his own wishes.”
Issemma wkoll Mario Galea li kien se jitneħħielu s-Saħħa Mentali mbagħad issir referenza għal dak li tilef David Thake, l-Ambjent.
L-Independent qalet li hija xi ħaġa rari li għaqda mhux governattiva toħroġ stqarrija fuq l-għażliet ta’ Kap tal-Oppożizzjoni fuq shadow cabinet.
“It is rare that an NGO issues a statement commenting on a change in portfolio in a political party. But that is what BirdLife did when it became known that David Thake lost responsibility for the environment.”
Hekk għamlet l-għaqda BirdLife meta l-Ambjent ingħata lil Robert Cutajar u ttieħed minn ħalq Thake.
Lejn tmiem l-artiklu, l-Independent issemmi lil Adrian Delia u kif Bernard Grech kien dgħajjef meta aċċetta t-tweġiba ta’ Delia, li ma riedx ikun parti mix-shadow cabinet tiegħu.
Issemma kif il-firdiet fil-partit għadhom hemm u dawk li ħasbu li bit-tneħħija ta’ Delia minn Kap se tirrenja l-għaqda, għandhom jerġgħu jaħsbuha.
“Those who thought that the removal of Delia has united the party will have to reconsider.”