Meta tkellmet mill-perspettiva Għawdxija rigward il-housing, il-Ministru Justyne Caruana qalet li hemm ukoll cirkostanzi ta’ familji mifruda, nies vulnerabbli u anzjani li qed jgħixu f’residenzi li m’humiex aċċessibbli. Hemm ukoll ħafna barranin li jaħdmu Għawdex u jikru fejn jgħixu u jaffettwaw is-suq tal-kera.
Caruana qalet li bħala ministeru qed jesploraw proġett ta’ housing soċjali, b’investiment ta’ miljun ewro f’sit fejn qed jippjanaw appartamenti bi tliet kmamar tas-sodda.
Il-ministeru jgħin biex itejjeb l-ambjent.
Semmiet ukoll li l-kera li qed iħallsu studenti Għawdxin li jistudjaw Malta u l-miljun ewro li jingħataw f’sussidji, mhux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għal dawn il-kirjiet. Issa qed jitmexxa l-kunċett ta’ hostel għall-istudenti Għawdxin ħdejn l-Università ta’ Malta.