Sorsi qrib l investigazzjoni qaluma’ ONE News li l-esperti forensiċi mill-Olanda jinsabu fuq ix-xena tar-reat fil-Bidnija. Dan hekk kif tħabbar li dawn se jkunu qed jaslu Malta għall-ħabta tal-10:00 dan sabiex ikunu jistgħu jassistu lill-awtoritajiet b’rabta mal-investigazzjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Kien il-Ministru għall-Intern Dr Michael Farrugia f’messaġġ fuq Twitter.
Filwaqt li fis-sigħat li ġejjin mistennija jaslu esperti tal-FBI fejn se jkunu qed jassistu lill-awtoritajiet ukoll.
Caruana Galizia nqatlet ilbieraħ f’karozza bomba għall-ħabta tat-15:00 fil-Bidnija.