Wieħed mill-aktar programmi popolari u mistennija din l-iskeda huwa bla dubju ESPERTI ta’ Louise Doneo, li jirritorna fuq ONE mill-lum it-Tlieta 27 ta’ Settemrbu fit-20:30.
Ta’ min jgħid li l-ewwel darba li kien deher fuq it-televiżjoni kien lura fl-2006, aktar minn 16-il sena ilu! Uħud mill-Esperti li kellha magħha dak in-nhar illum saru ġenituri huma stess!
Illum it-Tlieta, wara assenza ta’ ħames snin, Louise u t-tfal ‘esperti’ residenti magħha għal dawn it-tlettax-il ġimgħa li ġejjin, ser jaqsmu magħna nofs siegħa ta’ divertiment kontinwu flimkien ma’ l-ewwel żewġ mistiedna tagħhom li ser ikunu il-kantanti bravi Glen Vella u Claudia Faniello.
Esperti huwa produzzjoni ta’ Mad Movies Productions Ltd u ONE.