Analiżi li ngħatat lill-aġenzija tal-aħbarijiet BBC turi li r-Russja qed taħraq ammonti kbar ta’ gass naturali. Dan fi żmien meta l-prezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa qed jisparaw ’il fuq.
L-esperti qed jgħidu li fl-impjant li jinsab mal-fruntieri tal-Finlandja, qed jinħaraq mal-għaxar miljun dollaru Amerikan f’gass kuljum.
Ix-xjentisti jinsabu mħassba dwar il-volumi kbar ta’ dijossidju tal-karbonju u n-nugrufun li l-ħruq tal-gass qed joħloq, li jista’ jwassal biex tiggrava s-sitwazzjoni tas-silġ Artiku u jkompli jdub.
L-analiżi li saret mill-kumpanija Rystad Energy, tindika li kuljum, qed jinħarqu aktar minn erba’ miljun metru kubu ta’ gass.