Esperti mediċi fir-Renju Unit qalu kif id-doża tal-booster tipprovdi l-protezzjoni neċessarja kontra l-varjant il-ġdid tal-Covid-19, l-Omicron.
L-istess esperti qalu kif għalissa m’hemmx bżonn ir-raba’ doża tal-vaċċin.
L-esperti qalu kif skont informazzjoni li għandha f’idejha juru li sa tliet xhur wara li tkun ħadt il-booster, il-protezzjoni sabiex persuni ma jidħlux fl-isptarijiet hija dik ta’ 90%.
Intqal kif dawk biż-żewġ dożi tal-vaċċin, il-protezzjoni għal kontra l-virus tinżel għal 70% wara tliet xhur u sa sitt xhur wara din tinżel b’50%.
Dawn l-esperti qalu dan, hekk kif fl-Iżrael qed tingħata r-raba’ doża tal-vaċċin lil dawk vulnerrabli.