Esperti mediċi fl-Amerika ħeġġew sabiex il-vaċċin għall-Coronavirus tal-Pfizer u BioNTech jiġi approvat mill-aktar fis possibbli.
Din id-deċiżjoni ġiet wara li lbieraħ, fl-Istati Uniti, f’erbgħa u għoxrin siegħa mietu aktar minn tlett elef persuna mill-Covid-19.
Dan huwa l-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID-19 fid-dinja, f’jum wieħed.
Il-vaċċin tal-Pfizer u BioNtech diġà ġie approvat għall-pubbliku fir-Renju Unit, il-Kanada, il-Bahrain u fl-Arabja Sawdija.